26.5.07
12.5.07
Push the Button
Ħarabank
Lanqas jitwemmnu l-affarijiet li jidhru fuq it-televixin nazzjonali. Il-bassezzi li waqa' fihom, permezz ta' programmi bħal Xarabank, ifakkruk biss f'meta l-istess stazzjon kien qam filgħodu kmieni jdoqq "Run, Rabbit, Run" biex izik lil Fenech Adami li kien għadu kif tilef elezzjoni ġenerali b'maġġoranza ta' 51% tal-voti. Dakinhar ħafna nies qarrsu wiċċhom għall-"bad taste" fix-xandiriet; illum, anki jekk mhux l-istess livell ta' bassezzi, għandna sitwazzjoni fejn l-aktar programm redikolu li jxandar it-TVM huwa l-aktar programm segwit. U dan, naħseb jien, jikxef sintomi strambi fil-poplu li daħal fl-Ewropa li għadu mhux ċert jappartjenix għaliha.
Live minn Ħal Qormi u Ħelsinki
Mela kien hemm kantanta minn Ħal Qormi li marret tkanta Ħelsinki. Kellha kanzunetta li ħafna qalu li kienet sabiħa, oħrajn qalu li kienet hekk u hekk u xi wħud qalu li kienet kerha. Issa din il-kantanta ħadmet ħafna biex il-pajjiż li rrappreżentat (il-pajjiż li investa fiha eluf ta' liri biex tkun tista' tmur tkanta Ħelsinki) jgħaddi mis-semi-finali, imma din il-missjoni falliet. Naħseb li din hi xiħaġa minn ewl id-dinja: jekk qiegħed tikkompeti tista' tirbaħ, tista' titlef. Kollox sew, kien hemm ħafna li ħassewhom iddiżappuntati għax ippretendew (bħalma jagħmlu kull santissma sena) li l-kanzunetta Maltija (kantata bl-Ingliż) kellha mhux biss tgħaddi għall-finali, imma kellha tirbaħ l-istess finali wkoll. Kollox sew, hija xiħaġa naturali li jekk ikollok fiduċja fik innifsek, li jekk tgħożż daqstant il-kultura ta' pajjiżek, li jekk tħobb daqstant lil pajjiżek, tħossok iddiżappuntat. Imma dak li deher fuq il-programm Xarabank l-għada ta' din it-telfa, kien taħlita ta' isteriżmu patetiku ma' dak grottesk li fakkar li xi wħud li l-parrokkjaliżmu għadu verita' sagrosanta f'Malta. Sa s-Sindku ta' Ħal Qormi mar iċapċap mat-temp tal-banda ddoqq id-diska t-telliefa. Is-Sindku! U m'għandniex xi ngħidu kien hemm ukoll il-kandidati prospettivi: anzi, kienu fuq quddiem nett.
Xi ntqal, x'ma ntqalx
Intqal li kien hemm blockvote mill-pajjiżi "tal-lvant", għax dawn pajjiżi ġirien. Sirt naf li s-Slovenja u t-Turkija huma ġirien. Ara r-Repubblika Ċeka, miskina, dik m'għandhiex ġirien u għax m'għandhiex ġirien il-kanzunetta tagħha ma għaddietx għall-finali lanqas.
Ma ntqalx, pereżempju, li jeżisti fenomenu soċjali li jiddetta l-prossimita' kulturali. Li pajjiż "tal-lvant" se jħossu aktar kulturalment viċin ta' pajjiż ieħor "tal-lvant", u li l-idjoma mużikali ta' pajjiż "tal-lvant" se tinftiehem u tiġi apprezzata minn pajjiż ieħor "tal-lvant" aktar minn idjoma "oħra". Il-kanzunetta Maltija, forsi, kienet tieħu ħafna aktar voti kieku ċ-Ċina kienet qiegħda tikkompeti. Min jaf?
Intqal li "dawn ma jniżżluniex lilna l-Maltin." Jekk "dawn" huma l-istess Ewropej "tal-Lvant", allura forsi jkun xokk akbar jekk wieħed jikkonsidra li ħafna minn dawn l-Ewropej "tal-Lvant" mhux żgur jafu fejn tiġi Malta, aħseb u ara kemm "ma jniżżluniex". Bħas-soltu, il-messaġġ ewlieni li ħareġ f'Xarabank - il-programm li suppost jeduka lill-poplu b'mod demokratiku, kien li Malta hija ċ-ċentru ta' l-Ewropa u allura hemm min jgħir għalina.
Il-blockvote. Ejja nassumu li verament kien hemm blockvote... biex għandna nitkażaw, meta l-votazzjonijiet kollha fil-festivals tal-kanzunetta Maltija għall-Ewropa kienu blockvote tant ovvju? Jew issa s-sistema tal-votazzjoni - issa - m'għadhiex tajba?
Intqal ukoll li Malta - MALTA - qamet maħsuda l-għada tas-semifinali. Dan id-diskors ukoll idejjaq lil xi nies: lili pereżempju. Jien ma qomtx maħsud u safejn naf jien, fortunatament jew le, nagħmel parti minn din Malta. L-użu ikrah ta' dan il-kollettiv mhux biss jurta lil dak li jkun, imma huwa inġust u żbaljat. "Ħafna Maltin" jew "Il-Maġġoranza tal-Maltin qamu maħsuda l-għada tas-semifinali" kien ikun titlu ferm aktar veru.
Intqal li l-performance Maltija kienet impekkabbli. Veru? Jien miniex ta' l-istess opinjoni. Kien hemm żeffien idur qisu ċippitatu jxejjer velu abjad; vjolinist jagħmel l-istess mingħajr m'hu ċert minn dak li qed jagħmel u għala qiegħed jagħmlu; is-soltu klixe' bl-użu ta' l-imriewaħ ... x'konna qegħdin nagħmlu jew nippruvaw nagħmlu fuq il-palk? Jista' xiħadd jgħidli liema performer professjonali jibdel l-idea ta' xi rtokk għandu jagħmel ma' wiċċu siegħa qabel joħroġ fuq il-palk? Imbagħad il-kantanta ... jien jidhirli li lanqas l-interpretazzjoni ma kienet eċċellenti; pereżempju n-noti akuti ma kellhomx l-istess saħħa tal-verżjoni rrikordjata.
Imma fuq Xarabank ħadd ma qalu dan id-diskors. Ma tarax! Mela Xarbank se jagħmel xiħaġa simili? Minflok, Xarabank beda jħeġġeġ lin-nies biex il-Ħadd fis-siegħa neqsin kwart kulħadd jitla' bi ħġaru lejn l-airport biex ... biex xiex? Nilqgħu fostna trupp li lanqas għadda għall-finali. Imma minħabba li aħna konvinti li hemm blockvote kontrina, li hemm dawk il-misħutin "tal-Lvant" li ma jniżżluniex, minħabba li Alla seħitna għax ma taniex ġirien, aħna kellna ngħaddu u m'għaddejniex għax tajbin wisq għall-bqija.
Id-diżappunt
Id-diżappunt tiegħi huwa li l-pajjiż reġa' nefaq eluf kbar ta' liri biex intellgħu trupp għal festival li sar id-daħqa ta' kulħadd - minbarra ta' dawk li filwaqt li jgħidu li ma jeħduhx bis-serjeta' issibhom hemm bl-id tag daqs dinja fuq sidirhom. Id-diżappunt tiegħi hu li għadna nemmnu li din hija xi okkażjoni importanti fejn il-pajjiż jieħu exposure madornali u li grazzi għal dan kollu r-rati tat-turiżmu se jisparaw is-sajf li ġej. Id-diżappunt tiegħi hu li programm bħal Xarabank, jekk ma jagħmel xejn tajjeb, jirnexxilu joħroġ fil-beraħ is-sindromi l-aktar patetiċi ta' "Malta li qamet maħsuda l-għada tas-semi finali" u allura jfakkarni f'dawk l-affarijiet li nagħmel minn kollox biex ninsa. Id-diżappunt tiegħi hu li għadna nemmnu li aħna l-magħżulin u li l-metafora ta' l-Ewropa ta' Kajin mhijiex midfuna għal kollox.
Id-diżappunt tiegħi hu li l-grupp Teapacks mhux se jirbaħ il-Eurovision.

8.5.07
Il-ħalq toqba ...
... u allura jrid jinsadd
Joseph Chetcuti huwa avukat Malti li ma nafx meta emigra lejn l-Awstralja. Qatt ma ltqajt miegħu, imma xi xhur ilu bagħatli email dwar il-kotba tiegħi. Fil-Milied bagħatli kartolina wkoll. Għamel ħoss kbir fuq il-blata għaliex għaxar snin ilu kiteb Il-Ktieb ir-Roża, sa fejn naf jien l-ewwel ktieb f'Malta li jitkellem fuq l-omosesswalita' - żgur li l-ewwel ktieb f'Malta dwar l-omosesswalita' miktub minn omosesswali.
Joseph Chetcuti reġa' kitibli xi jumejn ilu; kitibli biex jilmenta li safa ċċensurat. Kien se jagħti paper dwar il-letteratura Maltija u l-kunsill Malti fl-Awstralja - il-kunsill Malti - iċċensurah. Anzi mhux iċċensurah: għalaqlu ħalqu.
Il-ħalq toqba, u t-toqob qegħdin hemm biex jinstaddu.
L-istorja ta' Chetcuti u l-ħalq misdud issibuha hawnhekk. Skond l-artiklu, il-kunsill Malti f'Victoria ma riedx li tiġi ppreżentata l-paper għal raġunijiet reliġjużi, għax qal li l-paper ma kellha x'taqsam xejn mal-letteratura. Is-sabiħa hi li l-kunsill ma qrax il-paper!

Ma nistax ma niftakarx il-kjass li sar sena ilu għax il-Misilmin ħadu għalihom bil-karikaturi tal-Profeta. U lanqas ma nista' ninsa li kellna xi illustri jiktbu fuq l-internet u jippubblikaw l-istess karikaturi fuq is-siti personali tagħhom biex jiddandnu li jemmnu fil-liberta' tal-kelma. U lanqas ma nista' ninsa li dawn it-talin serrħu rashom li aħna Ewropej, mhux Għarab, mhux Misilmin, u bħala Ewropej aħna - de facto - nemmnu fil-liberta' tal-kelma. Ma nistax ninsa.
Qed insemmi r-reliġjon għax skond l-artiklu li rrapporta l-istorja ta' Chetcuti hemm ordni reliġjuż marbut mas-sadd ta' ħalq l-avukat Malti.
L-għanja ta' l-emigrant
Imma x'inhu li jbeżża' tant lill-kunsill Malti ta' Victoria u lill-ordni reliġjuż li mid-dehra huwa tant influwenti?
Hemm xiħaġa fl-emigranti tagħna. Donnu li ħafna minnhom iġorru l-istampi pittoreski ta' Marsaxlokk, jew il-pitturi ħelwin ta' Caruana Dingli tan-nisa bil-faldetta, u jistħajluhom perpetwi. Qisu n-nostalġija lejn pajjiżhom tahielhom Dun Karm, l-istess Caruana Dingli, u l-bella kumpanija. Niftakar liz-ziju Manwel ġej għall-btajjel minn Londra u kif jitfaċċa fl-arrivals kien jiġbidlek għajnejk mhux wiċċu jew surtu imma s-salib tal-kavallieri daqsiex imdendel m'għonqu, jew Frans ta' Berta l-Kerha jistagħġeb li f'Malta "daħlu d-discos ta' tard billejn". Iridu jħallu l-illużjoni ta' pajjiżhom il-fior del mondo, il-gwerriera ta' wiċċha roża u mfaqqa' tisħaq ras it-Tork.
U allura tista' tifhem l-għala Joseph Chetcuti - attivist omosesswali - jispiċċa iċċensurat. Mela f'Malta għandkom il-gays? Mela f'Malta jiktbu l-poreżiji u n-novelli fuq il-gays? Mela Malta tista' qatt titlef il-boxxla jew? Mela lill-emigrant Malti, li għad għandu t-togħma tal-pastizz f'ħalqu, se ngħidulu li hemm min ma jħobbx il-pastizzi? Jew se ngħidulu li Malta saret parti mid-dinja jew? Anzi, ngħidulu li Malta għadha bla divorzju mhux bħall-Owropa! Anzi, ngħidulu li Malta għadha Nisranija, u issa se ssir aktar għax se jkollha l-ewwel qaddis! Anzi, ngħidulu wkoll li ta' l-Owropa qed jittieħdu minn Malta fuq il-liġijiet tad-divorzju, ta' l-abort, taż-żwiġijiet raġel ma' raġel u mara ma' mara: ħarsu lejn il-Polonja!
Min il-qaħba hu Chetcuti?
Inti djamant, f'nofs il-Mediterran
2001, Pariġi. Xiħadd ma nafux qiegħed jaqra traduzzjoni Franċiża ta' l-istorja tiegħi Ruby. Ninsabu f'sala ppakkjata sa ruħ ommha. F'nofs il-lejla nintebaħ li l-maġġoranza tan-nies huma emigranti Maltin li tefgħu l-ankri Pariġi wara li salpaw jew minn Marsilja jew minn Algiers. Uħud minnhom lanqas biss qatt ma resqu lejn Malta imma f'subgħajhom hemm is-salib bi tmien ponot. Oħrajn mhux żgur jafu fejn tiġi din il-gżira imma jħossuhom Maltin daqsi li xbajt ngħix fuqha. Wara li tinqara l-istorja jkun hemm xi żewġ interventi oħrajn, imbagħad bibita. Jersqu fuqi nies li ma nafhomx minn Adam u jitolbuni nkellimhom bil-Malti, hekk biex jisimgħu l-mużika ħelwa tal-lingwa li xi darba minn jaf kemm dagħa biha buż-bużnannuhom. Qed infittex lit-traduttriċi ħalli nirringrazzjaha tax-xogħol li għamlet.
Imbagħad tgħidli li lill-Maltin li kienet taf hi ma qrathielhomx l-istorja. "Ma ridtx nirvinalhom l-idea li għandhom ta' Malta." Hekk qaltli. L-istorja tiegħi kienet se tistupralhom dik il-mara ta' ħaddejha roża li pitter Caruana Dingli, dik il-bidwija ta' ġenbejha kbar u sidirha jitbandal li saħan għaliha Dun Karm fl-għelieqi mhux mittiefsa fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ. Ruby ma tilbisx il-faldetta, anzi tagħmel l-istrip tease fil-garaxx fgat bir-riħa tal-kannabis. Mela allura, Ruby mhijiex Maltija.
Dottor Chetcuti
Dottor Chetcuti, qed tippretendi wisq, ruħi. Aħna nemmnu fil-liberta' tal-kelma, dażgur li nemmnu. Imma int qed tippretendi wisq. Int libertinaġġ trid mhux liberta'. Eeee, issa dik storja oħra. X'għandha x'taqsam il-letteratura Maltija mal-ktieb ir-roża tiegħek? Tħawwadniex tafx! Tħawwadniex! Mela għax tħawdet id-dinja kollha se nħalluk tħawwad lil Malta jew?
post scriptum
Dottor Chetcuti, meta se naqraw din il-paper oxxena tiegħek? Issa, qabbadtna l-kurżita'!

11.4.07
Sofia Blues
Sagħtejn qabel nitlaq
daqs sagħtejn oħra tgħaddi taxi għalija ħalli nitlaq lejn l-ajruport. Ma nafx il-għala il-biża' kbir mill-ajru m'hemmx li jitlaqni, minkejja li issa suppost li ili li drajt. Biża' li nitlef il-passaport, biża' li nitlef l-ajruplan, biża' mill-ajruplan ... kull tip ta' biża' li wieħed jista' jimmaġina u li nibża' ħafna nsemmih. Xiħadd darba qalli li l-anjostiċi kollha jibżgħu mill-ajru. Ma nafx hux veru u x'inhi r-rabta bejn l-anjostiċiżmu u l-ajru. Biss, nista' ngħid li tant qed nibża' li ddeċidejt li la norqod (li ma mmurx nibqa' rieqed) u noqgħod nikteb dil-bloggata biex forsi nderri xi ftit. Attwalment, il-biża' jibda mal-mument li nibda nagħmel il-valiġġi u jispiċċa biss malli nħoss l-arja friska tal-ftuħ ta' l-ajurport tilqagħni lura lejn il-Blata.
Sofija
Sofija belt stramba. Kerha, maħmuġa, salvaġġa. Imma xorta tilħaq torbot qalbek magħha. Bħal pajjiżi ex-komunisti oħrajn, l-orizzont kapitalista ġab miegħu ħafna inugwlajanza soċjali. Ma nafx kemm -il tallab u tallaba waqqfuni fit-toroq biex nagħtihom il-perkaċċi, u sadattant il-belt mimlija casinos miftuħa 24 siegħa kuljum. U l-istrip clubs huma fost l-aktar irkejjen irriklamati. U hemm toroq, pereżempju Ul.Vitoxa, li meta tgħaddi minnha taħsbek qiegħed Milan. Ironikament, ul.Vitoxa twasslek lejn dak li kien il-Palazz tal-Kultura, l-aħħar monument komunista li nibet f'din il-belt. Illum dan il-palazz sar palazz tal-billboards jixegħlu, b'labirint sotterran ta' ħwienet tal-ħwejjeġ tad-ditta. Ftit 'l hinn minn dan il-palazz hemm il-monument MASSIV iddedikat lill-Unjoni Sovjetika, u bħalha waqa' biċċiet, jew qed jaqa' biċċiet. Iżuruh biss iż-żgħażagħ Rap bir-roti u l-iscateboards u, u din sinifikanti ħafna, xi erba' pensjonanti biex iqegħdulu l-fjuri fil-jiem speċjali li b'xi mod ifakkru l-era l-ħamra. Għala l-pensjonanti? Għax huma spiċċaw milquta l-agħar bil-bidla li seħħet f'dal-pajjiż.
Hekk jew hekk, iż-żgħażagħ qajla jimpurtahom nanniethom minn xiex għaddew. Ġimgħa ilu kont qed inkellem tfajla ta' xi wieħed u għoxrin sena u l-unika ħaġa li qaltli dwar dan kien li fil-passat min kien jersaq lejn il-knisja kien jisparixxi għal xi xhur jew snin u mbagħad jirritorna jum fost l-oħrajn bla mistenni. Tixtieq issir avukat din is-sinjorina, imma meta staqsejtha l-għala ma kinitx taf tweġibni. Fakkritni ħafna fl-istudenti Maltin.
Home Sweet Home
... biex nara lil das-sinjur li f'temp ta' ftit jiem rama nuċċali tax-xemx "a la John Lennon", qed iqum bilwieqfa waħdu, qed idum aktar ma jorqod, saħħaħ l-ewwel passi biex jimxi, u qed jieħu gost jittanta lix-xemx għaddejja fil-ġnien ta' San Anton.
Fil-bagalja, mirduma xi mkien qalb il-ħwejjeġ u l-kotba li se nniżżel miegħi, hemm ferrovija ta' l-injam tistenna l-passiġġier iċ-ċkejken biex jitla' u tibda ġġorru, tibda tressqu ħalli anki hu jibda jġannat il-fruntieri u jifforma l-mappa kbira tiegħu.
Jekk joħroġ jixbah 'l ommu u 'l missieru għad taħkmu l-kilba għall-vjaġġ, għall-ġiri diżorganizzat fit-tfittxija tal-ma-nafx-xiex. Għad taħkmu l-ħeffa insapportabbli ta' l-essri. Hekk nimmaġina li jfissru dawk l-iskossi qliel biex jagħti l-ewwel passi; hekk nistħajjilhom dawk il-mumenti twal u spissi meta ġismu daqs naqra ma jkunx jaf bi kwiet. Il-ħeġġa għall-vjaġġ, għall-ispustament, u, ovvjament, għall-iskoperta. Id-dinja kbira wisq: għadha kbira wisq minkejja l-klixe' tal-villaġġ globali.
Jgħaddi l-ħin
... u ma jistenna 'l ħadd.

26.3.07
IL-KBIR GĦADU ĠEJ
Il-Ħeffa insapportabbli ta' (tmiem) l-essri
Ili ma nersaq 'l hawn ix-xhur. Dan bħad-dentist, la ma jkollokx xi tridu x'tersaq tagħmel għandu? Imma kien hemm xi ħwejjeġ li ridt nikteb dwarhom u, bejn il-muntanja xogħol li għandi, bejn l-għażż, bejn in-ngħas li sar jaqbadni mas-sitta ta' filgħaxija, bqajt nittratjeni. X'kien li ġabni lura? Nirċievi email mingħand xiħadd (Malti) minn Cambridge li, għalkemm l-intenzjoni kienet differenti, ġegħlitni nistħi li abbandunajt kollox u allura ... għaddejt waħda s'hawn qabel in-ngħas tassew jibda jsabbatli rasi mat-tastiera tal-kompjuter u nerġa' nibdel fehmti.
It-tmiem ta' l-essri. Snin ilu kont involut fi produzzjoni żagħżugħa tad-dramm "Boulevard" ta' Francis Ebejer. Kulma kelli nagħmel kien li nikteb il-lirika ta' xi nofs tużżana kanzunetti biex jiġu infilsati fid-dramm li kien inħadem f'St Francis Ravelin, illum it-torri ta' l-avorju tal-MEPA. Francis kien ikun hemm kuljum praċett, jidħol bil-karozza bajda qisha ajruplan li kellu, u jitlaq biss wara li jispiċċaw il-provi. Forsi kelli xi 18-il sena u kien ġie fuqi darba minnhom jitlobni kopja tal-lirika. U konna noqogħdu nitkellmu. Lejla minnhom qbadnieha fuq il-mewt u rrakkuntali anedottu dwar xi ħabiba tiegħu li kienet mardet u li ftit wara li rċieva l-aħbar ta' mewtha fil-kaxxa tal-posta sab ittra li kienet bagħtitlu ftit qabel mietet fejn qaltlu li kienet tħossha tajba. Il-ħajja mimlija ironija, kien qalli Francis. Ftakart f'dan l-episodju wara aħbar li rċevejt Jannar li għadda: Valda Melgalve, kittieba Latvjana, mietet ta' xi ħamsin sena. Iltqajt ma' Valda waqt seminar ta' ġimgħa f'Settembru li għadda. Mara ħelwa ħafna li għaddiet mill-kalvarju mdaqqas tagħha fi żmien meta l-KGB kellha interess speċjali fil-kittieba 'perikolużi' fl-Unjoni Sovjetika. Bqajna nikkorrispondu bil-posta elettronika u f'Novembru bgħattilha ritratt tat-tifel għax riedet tarah wara li ltaqgħet miegħu meta kienet hawn. Ittratenejt ftit u meta bgħattu rrispondietni li kellha problema żgħira f'għajnejha u ma setgħetx tarah sew. "Niktiblek qrib il-Milied." Fil-11 ta' Jannar Valda rikbet "l-irwiefen tal-lejl", biex nuża metafora ta' Doreen Micallef. L-email li kellha tiktibli dwar ir-ritratt tat-tifel baqgħet ma nkitbitx. U min jaf kemm affarijiet oħra riedet tikteb, u min jaf laħqitx kitbithom?
L-essri daqstant hu ħafif. Meta kont iżgħar kont nipprova nivviżwalizza l-ħsibijiet ta' kittieb, speċjalment dawk li jkunu għadhom ma nqalbux f'kitba. Xi jsir minnhom, tgħid, dawk il-ħsibijiet meta l-kittieb imut? Fejn imorru? Fejn jintilfu? Fit-tentattiv tiegħi li nivviżwalizza dak li mhux konkret, kont nimmaġina l-ħsibijiet bħal werqiet kbar li jaqgħu minn ras dak li jkun u mbagħad itiru mar-riħ. Imma issa kbirt, sirt ftit aktar ċiniku forsi, u din l-immaġinazzjoni nixfet. Bħal weraq li jaqa' mejjet minn mal-friegħi.
Dawk li ma jarawx is-sema
Mhux kulħadd jaraha s-sema. Hemm min qatt ma jħares lejha avolja jixtieq iħares lejn is-sħab, lejn l-istilel, lejn il-qamar. Hemm min irid jixxabbat ma' għolja inviżibbli biex forsi jilmaħ naqra nir. Hemm min, jum wara jum, jintebaħ li qiegħed iħares aktar lejn l-art milli lejn is-sema, u min jarah jaħsbu dejjem bil-geddum, jew dejjem qed ifittex xi teżor jiġri fl-art.
Min bħali jbati minn din il-kundizzjoni jibda jara l-ħajja tinbidel ftit ftit. Jibda jqabbel ir-ritratti ta' meta kien iżgħar ma' dawk li jidher fihom l-aħħar; jibda jqabbel it-tul tal-mixi li kien jagħmel ma' dak li jagħmel issa; jibda jġedded il-memorji ta' meta kien jimtedd, jagħlaq għajnejh, u jorqod sa l-għada filgħodu - u taqbdu ħasra għalih innifsu li dan kollu huwa biss volum ta' memorji li ftit ftit jibdew jintesew ukoll. Xi kultant jaqbdek id-daħq għaliex l-aktar affarijiet minn ewl id-dinja, minħabba din il-kundizzjoni, isiru ta' barra minn hawn. Xi kultant nistaqsi lili nnifsi x'se nagħmel la Kolja għad xi darba jipponta subgħajh 'il fuq mistagħġeb bil-forom tas-sħab, jew jurini ajruplan itir fil-għoli qisu traba tal-fidda. Xi kultant nistaqsi ħafna mistoqijiet, inkluża l-famuża "għala?"
Il-ħeffa insapportabbli ta' l-essri
se teħodni Sofija l-ġimgħa d-dieħla. Nixtieq nistrieħ daqsxejn mill-Blata. Nixtieq ma nismax aktar bil-perċentwali 'l fejn se jxaqilbu, u nixtieq ma nismax aktar bil-Belt Smart u lanqas nara "impressjonijiet artistiċi" tagħha. Xiħaġa tgħidli li Sofija isbaħ minn Smart. U nixtieq ma nismax aktar li Gonzi jaqbillu jara x'se jagħmel għax b'dir-rata se jmur isaħħan in-naħa tax-xellug ta' l-ispeaker u li Sant jaqbillu ma jibdiex jitbissem lejn il-kastelli jtiru fl-arja. Niġi altament nitnejjek, wara kollox.
U forsi ma narax aktar graffiti tat-tip "IL-KBIR GĦADU ĠEJ" viċin ħafna, anzi perikolożament viċin, it-tempji solari li jimmarkaw l-istaġun tar-rebbiegħa.
Forsi nistrieħ għal ftit jiem minn dan il-manikomju li ngħożżu bħala dari.
10.1.07
8.1.07
L-Għorrief
Il-Lejl Maġiku
OK, mela xi Ottubru li għadda kellna n-Notte Bianca. Issa kellna n-Notte Magica. Din ta' l-aħħar tqieset minn ħafna bħala suċċess kbir. Eluf ta' nies ħonqu t-toroq tal-Belt sas-sigħat bikrin ta' filgħodu, qagħdu jisimgħu xi mużika, jaraw xi teatrin, jieklu u jixorbu u jżuru xi bereġ.
OK. It-Times tal-lum ikkwotat lill-Ministru Zammit Dimech jgħid li s-suċċess tal-lejl maġiku tas-slaten maġi kien prova li (qed nittraduċi) "il-futur ta' Malta jinstab fil-kultura u fl-arti." Jidhirli li l-Ministru tal-Kultura, kwalunkwe ministru tal-kultura, m'għandux bżonn iljieli maġiċi biex jibda jemmen li l-futur ta' kwalunkwe pajjiż, partikolarment pajjiż żgħir bi storja twila, jinstab fil-kultura u l-arti. Anzi, jien inħoss li l-ministru tal-kultura għandu jemmen dan minn qabel ma jitlaħħaq ministru tal-kultura. Terġa', inħoss li ministru tal-kultura għandu jingħata dan il-portafoll għax jemmen bis-sħiħ li l-futur ta' pajjiżu jinstab fl-arti u fil-kultura.
Issa li Malta suppost li stabbiliet ruħha fil-kontinent, għandha tibda tieħu l-minjiera ta' opportunitajiet li jeżistu biex tasserixxi ruħha kulturalment mal-bqija. Inkella Malta tibqa' sempliċiment "the land down under" Ewropea... kif fil-fatt hi bħalissa. Il-pajjiżi-membri l-oħra li ssieħbu fl-Ewropa f'Mejju 2004, anki dawk meqjusa 'żgħar' (bħall-Estonja, il-Latjva u l-Litwanja) kienu ilhom bi lsienhom barra jitħabtu u jirsistu biex il-kultura tagħhom tieħu postha ma' ta' l-oħrajn; tingħata l-istess prominenza li tingħata l-kultura ta' l-oħrajn. U għalkemm il-qasma bejn l-Ewropa l-antik u dik il-ġdida, bejn l-Ewropa tal-Punent u dik "tal-Lvant" inħasset xorta, ix-xogħol kien beda. Malta, li bħal Ċipru la tappartjeni għall-Punent u lanqas għal-Lvant (u allura hija eskluża minn dan id-diskors) ma jidhirx li qatt ħadmet f'dan ir-rigward. Ibda biex jidher li Malta m'għandhiex politika kulturali. Ma nafx kemm-il proxxmu tqabbad biex iħażżeż politika kulturali. Ma nafx kemm-il politika tħażżet. Jien naf bi tlieta żgur. Xi sena ilu, jekk mhux aktar, kien qed isir tentattiv ieħor biex titfassal politika kulturali oħra, li x'sar minnha ħadd ma jaf. Għandi l-impressjoni li l-affarijiet isiru ad hoc wisq hawnhekk. Saret notte bianca, marret mhux ħażin, mela ejja nagħmlu oħra. It-tieni waħda marret aħjar, mela ejja nagħmlu xi erbgħa oħra. L-istess bħad-deċiżjoni storika, imħabbra mill-istess Onorevoli Zammit Dimech, li s-sit fejn għad hemm il-karkassa tat-teatru ta' l-opra, se jinbidel f'sit al fresco fejn isiru rappreżentazzjonijiet artistiċi. Dan sa sena ilu, sieħeb l-Onorevoli Zammit Dimech, il-Ministru Jesmod Mugliette, kien ħareġ jgħid li ttieħdet deċiżjoni li minflok it-teatru ta' l-opra (imwaqqa' sittin sena ilu) se jinbena bini ġdid għall-parlament. L-aħbar li ħareġ biha Zammit Dimech, filwaqt li jidher li ħadd m'hu qed jeħodha jew jieħu lilu bis-serjeta', turi n-nuqqas ta' tattika, l-adhociżmu li bih qed isiru l-affarijiet, affarijiet li suppost nieħdu b'serjeta' kbira.
L-adhociżmu f'Zammit Dimech deher ukoll xi xhur (jekk mhux snin) ilu meta mar konferenza Pariġi u ġie lura jikteb artiklu li l-konferenza f'Pariġi illuminatu li l-gvern għandu jaħdem bis-serjeta' biex il-letteratura miktuba bil-Malti tiġi tradotta u esportata lejn l-Ewropa. Kont ktibt ittra fit-Times indirizzata lill-Onorevoli Zammit Dimech, li fiha kont għidtlu li diġa' jeżistu individwi Maltin li ħadmu u qegħdin jaħdmu fuq dan ir-rigward, u kont għidtlu wkoll li jekk irid jieħu l-affari bis-serjeta' għandu jaħseb biex iwaqqaf ċentru apposta, b'nies full-time, biex jaħdmu għal din il-kawża. Propju dan l-aħħar Clare Azzopardi kitbet fit-times tikkorobora dan l-argument.
Jien qed nittama li l-illuminazzjoni li ġab miegħu l-lejl tas-slaten maġi se ċċaqlaq lill-ministeru ta' Zammit Dimech f'dan ir-rigward, għax iva, ministru, il-futur ta' dal-pajjiż qiegħed fil-kultura u fl-arti tiegħu .... imma mhux dik tal-Eurovision, dik il-farsa li għaliha jintefqu eluf ta' liri, f'ġieħ Alla!
Isqfijiet bħala qaddejja ta' l-istat
L-ewwel kellna l-każ ta' Jan Sokol, l-Arċisqof ta' Bratislava, li ħoloq skandlu meta qal li l-ħajja fis-Slovakkja matul it-tmexxija Faxxista tal-Monsinjur Jozef Tiso, kienet waħda tajba. Imbagħad l-istorja ta' Stanislaw Wielgus, li rriżenja mill-Arċiveskovat ta' Varsavja għax intwera li fl-era Komunista - meta diġa' kien minstru (Kattoliku) t'Alla - kien kollaboratur tal-pulizija sigrieta Pollakka.
Jekk trid tkun ċiniku, u nimmaġina li ħafna għandhom din it-tendenza, tista' tgħid li dawn iż-żewġ Arċisqfijiet setgħu wettqu żball għax il-qassis huwa bniedem tad-demm u l-laħam u bħala tali jista' jiżbalja wkoll. Ħeqq, żball mhux kulħadd jagħmlu?

Subscribe to:
Posts (Atom)