22.12.05

L-aħħar jum

L-aħħar jum ta' l-2005 li se nqattgħu Malta...L-aħħar jum qabel ma nitlaq lejn il-foresti bojod u l-muntanji jgħumu fis-sħab...L-aħħar jum f'din il-kamra mimlija kotba u foga tfuħ ta' l-iSkandinavik Softly Aromatic...


L-aħħar jumĦames snin ilu...
l-aħħar darba li rajtek, ma.


Biża'
Min bħali jitwerwer mill-ajru jrid jara x'jagħmel malli jsib ruħu f'żaqq għasfur għasfur kbir tat-tip Airbus. Naf min jintefa' jixrob il-Bells; naf lil xiħadd ieħor li jipprova jintilef fin-numri; jew qabel jitla' dak it-taraġ għoli jibla' waħda ħa joqgħod kwiet. Jien noqgħod inqatta' qalbi biċċa biċċa għax xejn ma jaħdem fuqi. S'issa qiegħed nippjana biex nintilef f'dawn il-paġni, imma mill-banda l-oħra lanqas irrid noqgħod inqalleb il-folji u ma nifhem xejn.

Il-biża' mill-ajru jkiddni sew. Nibda nibża' mal-mument li nibda nippakkja l-bagalja.

No comments: