Malta:
Nieħu l-impressjoni li għandna l-impressjoni li faċli ħafna ngħaddu l-impressjonijiet tagħna dwar Malta. Ma nafx kemm-il blogg, kemm-il artiklu, kemm-il ittra naqra fil-ġimgħa bl-istess suġġett: Malta. U nieħu l-impressjoni wkoll li l-impressjoni ta' dawk kollha li jgħaddu l-impressjonijiet tagħhom dwar Malta hija waħda negattiva: it-tip li aktar ma nagħtuha (nagħtuwwa) bis-sieq lil dil-blata aktar inkunu xikk, aktar trendi, aktar aġġornati forsi.
Meta konna noħolmu li nsiru Ewropej
Kien hemm min ħass obbligu morali li jiddedika kolonni sħaħ fil-gazzetti (iva, ikolli ngħida) ta' l-establixment, biex jikkampanja favur id-dħul ta' Malta fl-Ewropa, bit-tama qaddisa li nsiru Ewropej. Barra l-fatt li għadni s'issa ma nafx xi tfisser eżatt din il-kelma, donnu li issa qegħdin jintebħu dawn li l-kampanja kollha tal-korp li kitbu fil-gazzetti tiegħu kienet aktar immirata lejn is-sħubija politika u ekonomika milli s-sħubija kulturali. Tassew, id-diskors kulturali qatt ma feġġ fil-kampanja għad-dħul fl-Ewropa. U ma nistax nimmaġina kif korp konservattiv bħalma hu l-Partit Nazzjonalista qatt seta' jimmira għas-sħubija kulturali f'Ewropa li temmen wisq fil-liberta' personali. Imma din storja antika ħafna. Vassalli wkoll ħolom b'Malta kulturalment Ewropea (l-Ewropa x-xiħa ovvjament) u warajh kien hemm wieħed jismu Juan Mamo li wkoll fantas dimensjoni Ewropea għal din il-Blata. Issa qegħdin nintebħu li, anki jekk ħutna l-Ewropej għadhom ma jafux x'inhi l-identita' Ewropea tagħhom, aħna m'aħniex membri kulturali ta' l-Ewropa. Jien għadni nittama; għadni ma qtajtx qalbi. Mhux għax nemmen wisq f'ħuti l-Maltin, imma għax qiegħed nintebaħ dejjem aktar li d-dnubiet tal-Blata mhumiex tagħha biss. Anki l-Ewropa tal-kultura l-għolja għandha ħafna ħafna u ħafna dnubiet li jixbhu ħafna u ħafna lil dawk 'Maltin'.
U allura, għalkemm niddiżappunta ruħi, ma nitkażax wisq. Jew aħjar: nitkaża bi dnubi għax ninduna li kulħadd qed jidneb bħali, jew jekk mhux kulħadd huma ħafna li qed ikewsu fl-istess dnub.
Lil din l-art razzista
L-avvenimenti orrendi fil-kampijiet ta' Ħal Safi, l-inżul fit-toroq tan-neo-faxxisti Maltin, flimkien ma' ħwejjeġ oħra fl-istess vena, ġabuna konxji ta' kemm dan il-pajjiż huwa razzist. Naf min iddeċieda li jitlaq 'l hemm għax tkaża b'pajjiżu. Ma nagħtihx tort jitkaża. Li ma nafx huwa jekk qabel telaq ħarisx sew lejn ir-rekord tal-pajjiż li telaq lejh: jekk marx f'pajjiż kast u pur.
Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn xi pajjiżi-aħwa oħra malajr jintebaħ bid-dnubiet ta' dawn. Nieħdu l-każ ta' l-Estonja. 12% tal-popolazzjoni ta' din l-art huma meqjusa mingħajr ċittadinanza għax huma ta' dixxendenza Russa. Biex isiru ċittadini tal-pajjiż fejn ilhom jgħixu diċennji sħaħ iridu jgħaddu minn eżami fil-lingwa Estona. Fil-Latvja hemm sitwazzjoni simili ħafna u l-lingwa Russa, mitkellma minn terz ta' l-abitanti ta' dan il-pajjiż, hija ristretta, biex ma ngħidx iddisprezzata. Każi aktar estremi ta' razziżmu, b'eki antiki ħafna, tista' ssibhom fir-repubblika Ċeka, f'dik Slovakka wkoll u anki f'pajjiżi li qegħdin jaspiraw sħubija Ewropea bħalma hi l-Kroazja.
Naturalment dan kollu mhuwiex konsolazzjoni; huwa biss sinjal li, għal darb'oħra, m'aħniex uniċi. Għaldaqstant forsi jkun tajjeb li meta nagħtu bis-sieq inkunu konxji ta' x'qegħdin nagħmlu eżattament.
Aktar żbalji dwar Malta
Qiegħed jingħad li l-ġenerazzjoni ġdida ta' kittieba Maltin mhumiex interessati fil-politika. Ma nistax nimmaġina kif wieħed jista' jagħmel stqarrija bħal din. Din l-idea qed jippromwoviha l-aktar Mario Azzopardi u tista' tinqara hawnhekk. Ma nistax ma ninnutax kif l-uniċi kittieba li kitbu dwar ir-razziżmu, dwar il-klandestini, dwar l-oxxenitajiet fil-qasam tax-xandir pubbliku u privat u dwar il-konsumeriżmu kollha ġejjin mill-ġenerazzjoni l-ġdida. Biżżejjed tara l-kitba ta' Adrian Grima u ta' Clare Azzopardi biex din l-istqarrija dwar l-apolitiċiżmu taqa' żorba. Modestja apparti, fl-1991 jien kont diġa' ktibt dwar il-miskinita' tax-xandir f'Malta, dwar ir-razziżmu, biex ma nsemmix ukoll li kont l-ewwel wieħed li ktibt dwar il-gass tad-dmugħ fis-snin tmenin. Kienet tkun stqarrija korretta kieku nkiteb dwarna li aħna ġenerazzjoni li mhix dixxiplu ta' ideoloġija fissa. Hekk iva, kont naqbel, anzi dal-kliem għidnieh ħafna drabi; imma li ma tinteressaniex il-politika huwa żball ikrah, jew forsi żball komdu wkoll.
L-istudenti apolitiċi
Hekk kont naħseb jien ukoll, imma ntbaħt li kont sejjer żball. Illum għandna studenti li jwaqqfuk f'nofs lezzjoni u jgħidulek biex ma tkunx biased kontra ideat leminin; li jekk qed titkellem kontra l-Lowell dak sinjal li ma fhimtux sew; li m'għandniex nisħqu wisq fuq l-aspett Semitiku tal-lingwa Maltija; li m'għandniex nikkritikaw il-kittieba ta' qabel għall-kummenti razzisti tagħhom għax wara kollox "kulħadd jaf x'tip huma l-Lhud" ... U ssib oħrajn li jwaqqfuk fil-kurituri u jgħidulek kemm iħossuhom elevati bil-versi miktuba daqs mitt sena ilu, versi li ċċelebraw ir-Reliġjon Kattolika, il-Patrija, il-Familja.
L-abort u l-kostituzzjoni
Ftit ilu kellna kontroversja dwar jekk il-kostituzzjoni għandhiex tipprojbixxi l-abort. Kont qed naqra l-BBC online u ltqajt ma' dan l-artiklu. Mid-dehra mhux aħna biss Kattoliċi aktar mill-Papa! Dnub ieħor li mhuwiex ristrett għall-Blata.
9.1.06
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
8 comments:
Personally I am not in favour of abortion. But I have always believed that one should always have a choice in life, whatever situation one might find oneself in. So yes, I believe that abortion should be made available on our island, without any condition or qualification. It seems that Slovak women do have some kind of choice even if it might be restricted in some ways. I wonder what choices Maltese women have...back street abortions? Abortions performed in Italy or England? Probably I will be having pro-life bloggers breathing fire at me now. But this is my opinion.
slovak women have all the choice they want ... so far
"A draft treaty between Slovakia and the Holy See would allow hospital staff to refuse to do abortions or fertility treatment on religious grounds"
Ma nahsibx li hemm ghalfejn trattati sabiex wiehed jirrifjuta li jattendi jew jghin f'xi haga li tmur kontra t-twemmin tieghu.
Personalment, jien li mhinix xi kattoliku ferventi, ma naqbilx ma l-abort, assolutament.
"But I have always believed that one should always have a choice in life, whatever situation one might find oneself in."
Li sfajt vittma ta stupru, li hbilt bi zball ta haddiehor, li ghandek hlejqa b'xi mankament go fik ma jaghtik (lilek bhala mara, omm, tabib, int x'int) l-ebda dritt tiddeciedi ghal hajja li mhix tieghek..........sakemm kultant, biex tghaxxaqa, ma nsibux xi argument banalissimu li kultant tohrog bih il-ligi li dak li qed jghix hu biss "kollezzjoni ta celloli, xejn aktar"!! Qisna qed nitkellmu fuq xi kankru.
Ara, l-argument tiegħi ma kienx favur jew kontra l-abort. L-argument kien li dawk l-affarijietli wħud minna jitkażaw bihom mhumiex unikament Maltin; li hemm pajjiżi oħrajn li - bħalna - għandhom ċerti filosofiji, ċerti karatteristiċi. Inkwantu l-abort naħseb li jien kontra, imma l-abort huwa wieħed minn dawk il-ħafna affarijiet fil-ħajja li nippreferi niġġudika biss jekk insib ruħi f'sitwazzjoni li ħaddieħor jinsab fiha u li għalissa jien miniex.
Exactly, Manuel.
And coemgen, I'm sorry if I offended you, but who are we to judge? Who are we to say that it is wrong to abort, when we do not know how this pregnancy came about? Or are you one of those persons who blieves that once a woman has become pregnant in any way or manner, she must have enjoyed it anyway? Are you one of those people who believes that 'when rape is imminent, relax and enjoy it'? As for the 'kollezzjoni ta' celluli' you mentioned. A woman will have to live with a massive guilt feeling for the rest of her life once she gets an abortion. I wonder if men had to go through all this, what would be your reaction.
Immanuel, naqbel mieghak rigward l-argument tieghak.
Hsejjes, you haven't offended me. It's just that I am pro life and maybe you're not, that's all.
Not knowing how the pregnancy came about is no excuse to kill the unborn!
I think that the most people who actually DO NOT enjoy IT (whatever form of it, IT refers to) are actually women.
I am one of those who have respect for the opposite sex(es) and if you knew me you wouldn't have even asked this question, "Are you one of those people who believes that 'when rape is imminent, relax and enjoy it'?" I believe in 'fight the bastard till the end'. If it was up to me, I'd hang a rapist by them.
As regards the guilt feeling, I think it is only fair having to carry that burden after you went to kill your unborn.
I understand (or do my best to understand) what pregnant women go through, and it is not so pleasant for the majority of them. But, if I was a woman with the pro life attitude I have, I don't think I would opt to kill my unborn kid. There are other options.
Matthew,
mistoqsijiet kbar dawn ... jien lanqas nohlom li nipprova nwegibhom. xihadd ghallimni *nipprova* ma nkunx pruzuntuz, anki jekk gieli ninsa dak li tghallimt.
Tajjeb li nikkummentaw fuq l-abort.Pero jidher car li dawk kollha li ghamlu hekk zvijjaw sew mill-punt tal-bloggata li ghamilt int, Immanuel. Il-mistoqsijiet l-aktar semplici huma tassew dawk kbar, mistoqsijiet li qisna dejjem insibu xi haga x'taljenana fit-triq u ttellfilna l-attenzjoni.
Post a Comment