17.2.06

Spaghetti Western

Il-flokkijiet tal-cowboys

Ħafna għadhom isostnu li l-karikaturisti għandhom kull dritt jiddieħqu bil-Profeta Muhammed. Qiegħed jingħad li d-dritt ta' l-espressjoni m'għandu l-ebda limitu. Qiegħed jingħad ukoll li dan hu prinċipju sagrosant ta' l-Ewropa emanċipata u li l-Misilmin għad iridu jitgħallmu x'inhu l-liberaliżmu nobbli Ewropew, liberaliżmu li għalih iċċarċru ħafna dmija - għax il-liberta' tal-bniedem hija sagra u l-ebda reliġjon m'għandha dritt fuqha.

Għaldaqstant il-ministru Taljan Roberto Calderoli, militant tal-Lega Nord (moviment politiku bi kredenzjali liberali li kulħadd jaf bihom) ried jeżerċita huwa wkoll dan id-dritt sagrosant u in diretta tivu' deher bi flokk bil-karikaturi anti-Islam stampati fuqhom. Ried jilgħabha tal-cowboy huwa wkoll Calderoli. U min jista' jinnegalu dan id-dritt? Wara kollox għandu l-poter għax membru parlamentari u, iktar minn hekk, ministru. U min jista' għall-ministru? Naturlament, Calderoli tal-Lega Nord, dawk li jemmnu fin-naħa l-elit u fin-naħa inqas elit ta' l-Ewropa, saħansitra fin-naħa elit u fin-naħa inqas elit ta' l-Italja stess, ma libisx flokk b'xi stampa ta' Ġesu' Kristu msallab jgħum fl-urina. Forsi għax Mawmettu b'bomba f'rasu joffri spettaklu ikbar.


It-Times
Ara t-Times (ta' Malta) temmen ħafna fil-liberta' ta' l-espressjoni. Xiħadd ħalla kumment fi bloggata minn tiegħi jirrapporta li din il-gazzetta rrifjutat riċensjoni ta' l-aħħar ktieb tiegħi. Ta' min jiftakar li t-Times kienet strumentali fil-propaganda favur id-dħul ta' Malta fl-Ewropa, għax l-Ewropa hija l-benniena ta' l-espressjoni libera u l-emanċipazzjoni kulturali.

1 comment:

Antoine Cassar said...

We are the beacon of freedom, and we will take that freedom to the world

Tfakkarkom fid-diskors ta' ċertu reġim fin-naħa l-oħra ta' l-għadira?