Xi ġmiel! Ġunju beda bit-tfaqqigħ tas-sajjetti, ir-ragħad u l-beraq.
Ġunju tar-Repubblika
Fl-Italja jiċċelebraw il-festa tar-Repubblika bi sfilata militari, b'madwar sebat elef suldat jimmarċjaw fil-Fori Imperiali. Il-marċ għall-glorja tar-Repubblika.
Ir-Repubblika ta' Malta wkoll għandha festa x'tiċċelebra f'Ġunju. Bħalma saret moda dan l-aħħar, il-ġurnata tfisser maratona ta' ġbir għall-Partit. Min jaf kemm kienu se jistadu liri mill-but Wenzu Dyer, Guzeppi Bajada, Leli Attard u Karmnu Abela kieku l-ixkubetti Ingliżi ma taqqbuhomx?
Għal dawk li ma jridux joħorġu l-ħbub għall-bwiet ħoxnin tal-Partit, u forsi jinsabu mħassba li r-Repubblika qiegħda timtela bil-ġrieden suwed, il-Lemin qed jorganizza dimostrazzjoni kontra l-immigrazzjoni illegali fl-istess inħawi fejn inġibed il-grillu fuq id-dimostranti li kienu qegħdin imutu bil-ġuħ.
Rule Britannia! Britannia rule the waves
Hemm Ġunju tal-ballun kull erba' snin. Ma tistax ma tintebaħx. Int u dieħel l-isptar San Luqa tiltaqa' ma' xwejjaħ ibigħ il-bnadar tat-tliet kuluri: aħdar-abjad-aħmar vs ikħal-abjad-aħmar. L-istess mistħija terġa' tfiġġ. L-armaturi tal-ħwienet tal-ħwejjeġ, it-tilari fuq il-monti ... kullimkien jerħi l-iskiżofrenija tar-Repubblika Maltija.
Qegħdin ibassru li l-Ingilterra se tirbaħ il-kampjonat dinji. Min jaf kemm hawn min diġà qed ilesti l-ħornijiet u s-suffarelli.
B'dedika lil dawn ir-repubblikani
(mill-innu ta' James Thomson (1700-1748)
The Muses, still with freedom found,
Shall to thy happy coast repair:
Blest isle! with matchless beauty crowned,
And manly hearts to guard the fair.
Xi ġmiel! Ġunju beda bit-tfaqqigħ tas-sajjetti, ir-ragħad u l-beraq.
2.6.06
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
3 comments:
Fuq Malta ġej ħafna "tfaqqigħ tas-sajjetti, ir-ragħad u l-beraq". U naħseb li taf għal liema sajjetti qiegħed nirreferi.
Jekk l-intellettwali ta' Malta se jibqgħu b'idejhom fuq żaqqhom, kif iħobb jgħid xi ħadd, "vedremo delle belle". Jekk ma tkunux intom, m'hu se jkun ħadd.
U qiegħed niktbu lilek dan il-kumment għax taf xi stima għandi lejk. Għamlu xi ħaġa, għax wisq nibża' li f'pajjiżna t-trijonf tar-rieda jaf ma jkunx 'l bogħod.
interessanti dan li qed tghid, kev. intom x'qeghdin taghmlu?
Antiċipajta dir-risposta, u nispera li mhix sarkastika. :)
Meta tqis li aħna qegħdin barra, qegħdin nagħmlu ħafna.
Nibgħatlek risposta dwar dan bl-email la jkolli ftit ċans... u r-raġunijiet dwar dan huma ovvji.
Post a Comment