Il-lallu, fl-aħħar!
Kolja fl-aħħar iltqajna! Konna ilna ħafna nistennewk jien u ommok u fl-aħħar tfaċċajt meta ma konniex qed nistennewk. Kellek tibgħat tgħidilna li ġej ... hekk ftehimna ... imma mid-dehra ta' rasek int ukoll! Insomma, issa l-aqwa li qiegħed hawn, u għalija, flok żmien il-qtil, l-Imnarja żmien it-twelid u l-ħajja.
Pariri
Hemm skoss pariri li nixtieq nagħtik, Kolja, sbejjaħ. Imma x'jiswa? Missieri kien tani ħafna imma ftit minnhom ħadt. Jien u nqaċċatlek il-kurdun ħassejtni responsabbli: kont qed naqtgħek darba għal dejjem minn ma' ommok, kont qed nagħmel dak li kelli nagħmel, kont qed nagħtik l-aħħar imbutattura lejn id-dinja.
Inħares lejk xi kultant meta tkun mitluf fid-dinja tiegħek li ma teżistix, u narak tinħasad kull ħin bla waqt. Il-qabla tan-nuċċali rqiq qaltli li dak kollu effett tal-ħasda li ħadt malli temmejt il-vjaġġ fil-kapsula. Ma nagħtikx tort li nħsadt daqshekk, għax ħa ngħiduha kif inhi, ma nafx hux lant li tterraq fuq dal-globu. Imma se nieqaf hawn: għamilt wegħda lili nnifsi li l-valenu li xrobt jien ma ngħaddihulekx. (Anki jekk x'aktarx għad jgħaddihulek ħaddieħor.)
Xebh
Ma' xiex naqbad inxebbhek? Ma' warda? Ma' għasfur li għad irid jagħmel l-ewwel titjira bi ġwenħajh? Ma' mewġa żgħira li taraha ġejja lejk bil-kalma, li tasal fejnek, tmissek u ċċaqilqek bil-ħlewwa? Ma' xiex naqbad inxebbhek?
Nintilef
Kemm int żgħir, Madonna! :-) U minkejja daċ-ċokon u l-kobor esaġerat tiegħi, inħossni nintilef fik, Kolja. Nerġa' nġib quddiem għajnejja l-ewwel xbieha diġitali tiegħek li rajt: ċappa, żliġa b'ponta fin-nofs tħabbat bis-saħħa kollha. Dakinhar rajtek iddeformat u abjad u iswed. U issa, int u tixher ma' wiċċi, narak roża u l-forma tixbah perfettament lil dik li għandna aħna. U nħossni nintilef, Kolja, nintilef fik.
Ħornijiet
Le mhux għalik qegħdin ipaqpqu hemm barra; mhux biex jagħtuk merħba llum li ġejt fid-dar tiegħek. Tilfu l-Ingliżi xi siegħa ilu. Tippruvax tifhem, il-bluha m'għandekx tifhimha imma tidħaq biha.
Upps, ksirt il-wegħda li ma ngħaddilekx veleni...
Il-qabla tal-malju oħxon
Il-qabla tal-malju oħxon qaltli: ara, sur Immanuel, dan l-isbaħ poeżija li għamilt. Imma int mintix poeżija, Kolja. Il-poeżiji mimlijin spirtu imma ma tmisshomx. Ma tistax tmisshom anki jekk imissuk huma. Ara lilek, nista' mmissek, u xi darba, Kolja, għad ninżlu fl-ilma u narak tieħu gost. Il-poeżija ma tagħtix gost, tagħti pjaċir mgħarraq fin-niket.
1.7.06
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
19 comments:
Xi ġmiel ta' ritratt! U l-kliem sabiħ, mimli emozzjoni... nifraħlek Manuel!! Min jaf kemm qed titbissem bħalissa!
I am sooo happy for you. Happy because you're happy and happy because I know that this new experience will inspire more great writing like this... I've been counting the days, wondering when you were going to blog about it and you didn't let me down... way to go!!
You know how new parents always say (at least to me) that they cannot describe the emotion wrapped up in being a parent... Well I bet you can... So please do it. I've always been curious about parenthood.
Prosit, Immanuel, u merħba lil Kolja!
I wanted to send you a message to ask you if the baby had arrived, and now I found out on your blogg! I am soooooooooooo happy for you, Weli, and you know I mean it. Let the sleepless nights begin!
Xi ġmiel! Awguri mill-qalb. Narakom dalwaqt.
Oh what a gorgeous baby and that photo is just beautiful. I'm so happy for you. Lots of good wishes for mother and baby. I'm not a parent but your post got me all teary:)
Awguri u l-isbaħ xewqat!
Awguri!
Xi ġmiel Immanuel! :) Awguri mill-qalb ħabib!
Prosit!
Id-don is-sabiħ!
Prosit sieħeb, prosit kbira.
Merhba, Kolja! Nittama li la tikber - xi darba, x'imkien - il-papa' jlaqqghana.
Ma nafx x'naqbad ngħid għajr: "Awguri!".
AWGURI
HURRAY!!! we DO need more of you in this world!!!
xxx
Prosit Lel...Awwissu niġi nzurkom..u jekk mintix se tgħaddilu veleni, trawmux izomm mal-Hibs
Maaaaaaa... kemm hu helu! Prosit lilek (i l-mara naturalment hehehe!)
Hajr lil kulhadd!
Nifrahlek ghall-membru l-gdid fil-familja tieghek Immanuel ;)
prosit u nammira hafna il-kitba tieghek. prosit mill-gdid.
Post a Comment