Fil-bloggata ta' qabel din għaddejt kummenti dwar il-liberta' tal-kelma. Minn dakinhar 'l hawn seħħet l-istorja tal-karikaturi tal-profeta Muħammed li l-ewwel dehru fuq ġurnal Daniż, imbagħad, nippreżumi b'simpatija, ġew riprodotti f'numru ta' ġurnali awtorevoli oħrajn Ewropej. Il-konsegwenzi jafhom kulħadd.
Jien naħseb li r-reazzjoni ta' numru kbir ta' Musulmani hija esaġerata. Iżda naħseb ukoll li l-attitudni tal-karikaturisti u l-edituri Ewropej hija infantili ħafna. Li tisħaq li qiegħed teżerċita l-liberta' tal-kelma billi toqgħod titnejjek bil-figuri reliġjużi ta' ħaddieħor hija attitudni nieqsa ħafna mis-sens, mhux is-sens ta' proporzjoni, imma s-sens ta' x'inhi l-liberta' tal-kelma. Jien ma nistax nifhem għala hawn min irid bilfors jipprovoka lill-Musulmani bl-akbar fissazzjoni li għandhom. L-aġir ta' l-edituri tal-gazzetti li rriproduċew il-karikaturi li ħolqu kjass sħiħ ma nistax ninterpretaha għajr bħala attitudni ta' xiħadd li jrid juri li ma jibża' minn ħadd, li jiġi jaqa' u jqum mis-sentimenti ta' ħaddieħor u li jieħu gost jipprovoka biex sempliċiment juri li għandu l-guts. Biex ma nsemmix ukoll li dawn il-'liberali' ma ħadu l-ebda konsiderazzjoni tar-reazzjoni prevedibbli ħafna tal-Musulmani. Dan il-cowboyiżmu ma jagħtini l-ebda impressjoni ta' liberta' tal-kelma. U nkompli ngħid li li kieku kelli xi alla u xiħadd jitnejjikli bih għall-gost naħseb li kont noqmos jien ukoll. Ma ngħidx li kont noħroġ fit-toroq bl-azzarin, imma kont nuri r-rabja tiegħi xorta waħda.
Jekk il-Musulmani huma magħrufa li ċajt bil-profeta u b'alla tagħhom ma jiħduhx ma narax għala għandek tinsisti li toqgħod tinkihom. Biċċa tagħhom jekk ma jafux jieħdu ċajta. Lanqas ma nippretendi li jekk l-Insara 'tgħallmu' jidħqu b'Ġesu' Kristu għandu jagħmel l-istess kulmin jemmen b'xiħadd jew xiħaġa. X'inhi dil-fissazzjoni ta' l-'Ewropej' li jippretendu li kulħadd jagħmel bħalhom? li jqisu lilhom infushom bħala l-kejl ta' kollox, inkluża l-liberta' tal-kelma?
Jidhirli li l-aġir ta' Jyllands-Posten, France Soir, Die Welt, La Stampa, El Periodico, u Volkskrant qiegħed jirredikola l-prinċipju nobbli tal-liberta' tal-kelma.
2.2.06
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
6 comments:
Iva veru Immanuel, imma bl-istess ragunament jekk hazin timponi l-valuri tieghek fuq haddiehor (ewropej fuq l-gharab) ghalfejn il-musulmani dejjem iridu jimponu l-valuri taghhom fuq l-Ewropa?
ser tinstema razzista, imma jekk ma tafx tiehu cajta trid tistaqsi jekk postok huwiex fl-Ewropa moderna...
B'liema dritt jigu jitolbu li jirrizenja dak u l-iehor u l-kastig ta' min pinga l-istrixxikli b'mitra f'idejhom u mhux ghamlu comic altretantu witty (ghalkemm xi naqra banali) dwar id-Danizi huma stess. Ghax valuri differenti! Ehhhhhhh... issa qed nifhem.
ma nistax naqbel mieghek - veru trid tahsibha darbtejn qabel tinkihom imma madonna mhix accettabbli li jaraw bicca strixxiklu pjuttost inokwu u fjakk u jbiddlu kollox bil-vjolenza.
kien ikun hemm min jiddefendi l-4 qtates insara li johorgu jipprotestaw (wisq probabbli mhux b'mitra ippuntat lejn ras l-editur imma insomma..) jekk l-istrixxiklu kien fuq kristu? Iva - imma l-musulmani u r-rikorrenza taghhom ghall-vjolenza, in-nuqqas intrinsiku ta' sens ta' l-umur u n-nuqqas ta' fehma vis-a-vis id-demokrazzija Ewropea (m'hemmx bzonn jaghmlu bhalna imma lanqas jghidu lilna xi rridu naghmlu) taghhom dejjem ser isibu iktar nies min jiddifendihom. Ghala? Ma nafx - misteru ghalija...
Gybex, int ghandek ragun u naqbel mieghek. Ir-reazzjoni min-naha ta' hafna Musulmani (mhux kollha) hija, kif ghidt fil-bloggata, esagerata. U prevedibbli wkoll. Jigifieri fuq dan qeghdin naqblu. Izda mill-banda l-ohra nahseb li huwa infantili li nhossni qieghed nerzercita l-liberta' tal-kelma billi noqghod nitnejjek b'min ma jafx jiehu cajta. Nahseb li hemm modi aktar 'serji' kif nezercita dan id-dritt. Ghogbitni hafna reazzjoni ta' xihadd li bhalissa ma nistax insibha, xihadd mill-'kamp' Musulman. Jekk insib il-link intellaghha hawnhekk.
Din hi Gybex: Jordanian independent tabloid al-Shihan reprinted three of the cartoons on Thursday, saying people should know what they were protesting about, AFP news agency reports.
"Muslims of the world be reasonable," wrote editor Jihad Momani.
"What brings more prejudice against Islam, these caricatures or pictures of a hostage-taker slashing the throat of his victim in front of the cameras or a suicide bomber who blows himself up during a wedding ceremony in Amman?"
The article in al-Shihan also included a list of Danish products
ara: http://news.bbc.co.uk/2/hi/europe/4673908.stm
iva vera.
jien ghalija dawk il-komiks kienu l-verzjoni gurnalistika ta' Jackass - kompletament bla sens, imma hekk hi l-bicca xoghol. Ghandom kull dritt anke jekk setghu juzaw id-dritt taghhom ghal xi haga iktar bis-sens.
ir-ragunament kien "hehe, iebes ma tinkihomx il-musulmani daqs kemm jinharqu bix-xejn" - vojt - imma hemm hafna affarijiet vojta.
Insomma dik hazziztha filghodu meta kont ghadni inkazzat (dejjem inkun inkazzat filghodu)...
Sur Butigieg m'ghandek xejn ragun...
Tfitakar f'l-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, meta l-awtoritajeit Inglizi kienu jiccensuraw il-kitbiet kritici fuq l-Unjoni Sovjetika (ta Orwell specjalment) mil-gazzetti kolla? Uncle Joe ma nahsibx li kien jiehu gost kieku l-press Inglizi kienet tikritikalu s-sistema ta tmexxija hux? Specjalment waqt li l-Ingilterra kienet 'allejata' mal-Unjoni Sovjetika. Dan ghaliex il-press u l-media m'humiex biss forzi ta tixtrid ta idejat, huma wkoll forzi ta kuxjenza socjali u valuri assoluti.
Tiftakar meta Ahmed Rashdi kien hareg is-Satanic Verses? Probabli l-aqqas tafu kazz bih, ghax meta kien hareg is-satanic verses, ma kienx hawn dan il-fuss ghaddej. Izda Denmark m'hijiex xi Gharbija f'xi desert minsi mid-dinja, Denmark hija wahda mil-istati li dahlet fil-gwerra tal-Iraq. G-E-O-P-O-L-I-T-I-C-S work!
Il-punt tieghi, suppost fimtu diga. Illi l-glied li nqala fil-pajjizi tal Lvant, huwa glied li jifformola rabja kontra civilizzazjoni tal-Punent illi ila ostili fuq il-pajjizi Arabi b'mod kolonjali u imperjali ghal-dawn l-ahhar mitt sena: minn meta l-poteri Ewropej qasmu bejnietom l-Imperu Ottoman bhal bicca space cake. Mid-dera l-effett tal-cake ghadu ghaddej sal-illum, ghax hadt m'ghandu nduna li l-poplu Gharbi, jinstab frustrat b'l-imperjalizmu li l-istati taghna ghadom jimplimentaw.
Issa taqbez int u tghidli, mela allura x'ghandu x'jaqsam ir-religjon ma l-imperjalizmu? (Tinsiex izzom f'mohhok G-E-O-P-O-L-I-T-I-C-S work! waqt li qieghed taqra dan.
Il-pajjizi Gharabi (ma nghoddux Saudi Arabia, Dubai etc...) huma pajjizi fejn il-kapitalizmu ghadu lura hafna, u ghadu ma zvilluppax. B'hekk is-sistema assoluta taghhom ghada pogguta f'sistema dittatorjali religjuza (teokrazija). It-teokraziaj tista tgheliba biss, b'forza assoluta potenti daqsa, u dawn il-forzi huma biss il-kapitalizmu u r-revoluzzjoni socjalista. S'issa kien hemm hafna attentati minn dawn il-forzi biex jigu introdotti fil-pajjizi Gharabi, u gieli rnexxew, u gieli le. Il-maggoranza tal-Gharab, ghadom jghixu taht teokrazija u b'hekk spontanjament, isibu r-religjon bhala mezz ta resistenza ghal-imperjalizmu u l-ostilita tal Grande e Bello West.
Toqghodx tiktaza bil-muslmani Kurt, ghax Malta kienet ghar minnom hamsin sena ilu, u illum ghadna nbgahtu bil-konsegwenzi. Niftakar darba kont hara m'alla fil-festa ta Birkirkara u dhalt inbul gol-knisja. Ezatt meta hrigt il-pizellinu biex jistrieh u jingetta l-barra dak li kellu fuq zaqqu, jigu ghalija erbghat ixjuh biex jaqdbu jtuni u sadinittant li resqin lejja jghajtu 'GOL-KNISJA LE!'. Wiehed minnom jekk niftakar sew kellu xi siggu f'idu. Niftakar li hrabt nigri u ma waqaftx... Il-militanti religjuzi ghadom hajjin hawn Malta, u jinghaqdu flimkien kolla fil-festa tar-rahal. Jizvogaw id-dippressjoni li taghtom lura d-dinja tax-xoghol, spontanjament bir-religjon, ghax dak hemm!
PS: Muhammed jista jerdali zobbi kieku kien mara helwa, ghax minnu ma jimpurtani xejn. Izda jien xtaqt npoggi l-affariejit kif inhuma fil-verita, u fil-verita dawn l-issues m'ghandom l-ebda fatturi ta razza li jaffetwawom.
grazzi
:)
hi. jijn studenta tal junior college u din il gima andi essay ta sitt mitt kelma fuq il liberta tal-kelma. 10q a din il website tatni hafna idejat fuq ix andi nikteb.
10x
Post a Comment