10.4.06

Min ġej, min sejjer ...

Messaġġ lil Kolja

Ħa nibdew minn hawn: l-ewwel darba li rajtek, f'dik il-kamra mudlama b'dawl bati ġej mir-rokna, tani li nibda djalogu twil miegħek. Aktar milli djalogu xtaqt nagħmillek għadd ta' mistoqsijiet imma naf li l-lingwa tiegħi ma tifhimhiex u allura nibża' li ma niftehmux sew. Hemm ħafna ħwejjeġ li nixtieq ngħidlek, imma nibża' li jekk ngħidhomlok tibdel fehmtek u l-vjaġġ tiegħek lejn il-Blata jsirlek aktar skomdu.

Kultant, jien u nħares lejn l-arloġġ biex inkejjel il-ħin tal-wasla tiegħek, jien u nistenna dak il-vapur jitfaċċa fuq ix-xefaq blu, nibda naħseb fuq min hu ġej u min hu sejjer...

Intant, it-temp hawnhekk mill-isbaħ; ikolli ngħid ħafna isbaħ miċ-ċentru ta' l-Ewropa: m'hawnx għargħar bħalma hemm f'pajjiżek propju. Naf li bħalissa d-Danubju qed jirvilla u l-istess il-Vah. Imma hawn hawn biss dulluvju ta' dawl ix-xemx u smewwiet koħol. Il-bieraħ Jana u jien konna Qalet Marku nitbasktu fix-xemx. Dwar Qalet Marku nkellmek la tiġi għax għandi ħafna x'ngħidlek dwaru.

Qiegħed nagħmel ftit provi ta' kif se nilqgħek fostna. Bilħaqq, ridt ngħidlek: iġġib xejn miegħek; aħna għalina l-aqwa li tiġi int (klixe', naf, imma anki l-klixejiet għandhom tifsiriet profondi xi kultant).

Jien għada se nsalpa 'l hemm għal ftit jiem. Min ġej u min sejjer ... Hawnhekk imarradni u kultant niħtieġ il-ħarba. Imma mhux se ngħidlek wisq fuq hekk inkella, nibża', li ndawwarlek fehmtek.

Kollox sew, mela, sakemm nerġa' niktiblek nixtieqlek is-saħħa u l-vjaġġ it-tajjeb.

PS: il-video li ġbidna Banska Bystrica bomba! Anki dak li ħadna Martin u Strbske Pleso. La tiġi narawh flimkien. U dik it-Trabant ipparkjata wara l-flett ta' Monika kważi tkellmek! Ċempilna 'l Monika nhar is-Sibt u selliet għalik.


Praga u l-Għaxar Kmandamenti
Twanny tella' kumment dwar l-aħħar bloggata. Ħajr. Il-ħafna wċuħ li tiltaqa' magħhom fl-art ta' ħaddieħor għandhom it-tendenza li jibqgħu stampati f'għajnejk. U aktar minn hekk, hemm it-tendenza li r-ritratt li teħdilhom mingħajr ma jindunaw iġġorru lura miegħek u malli tasal f'darek (tant kilometri 'l bogħod) tagħtih il-kulur. Bħal dan pereżempju. Jew anki dan. Issa, li l-istorja nbidlet, terġa' tħares lejn ir-ritratti li tkun ġbidt u, min jaf, forsi tkun tixtieq tagħtihom kuluri oħrajn li qabel ma tkunx ħsibt fihom.

Sharon ukoll ikkummentat - dwar it-tliet kuluri u l-għaxar kmandamenti tal-ġenju. Dil-ġimgħa nżomm l-appuntament li kelli miegħu erba' snin ilu. U ngħid id-dritt qiegħed nistenna l-okkażjoni bi ħrara kbira. Lil Sharon (li qiegħda tħares lejn id-dekalogu): During martial law, I realized that politics aren't really important. In a way, of course, they define where we are and what w're allowed or aren't allowed to do, but they don't solve the really important human questions. They're not in a position to do anything about or to answer any of our essential, fundamental, human and humanistic questions. In fact, it doesn't matter whether you live in a Communist country or a prosperous capitalist one as far as such questions are concerned, questions like, What is the true meaning of life? Why get up in the morning? Politics don't answer that. (Krzysztof Kieslowksi, 1993, Kieslowski on Kieslowski, Londra: Faber and Faber, p 144)

Forsi, Kolja, issa tista' tifhimni aħjar.

3 comments:

sharonspiteri said...

Mela, you are doing this on purpose I know... you must be getting commission from Amazon or something because now I want to buy Kieslowski on Kieslowski...

I think watching the Dekalog is going to be a slow, tortuous affair (the best kind). I have watched the first one and now I don't want to watch the second one until I can give it my full attention and savour each frame... thing is, I'm usually tired these days when I pop in a DVD and it works as the strongest sedative known to man... definitely not the treatment one would want to give a Kieslowski, or a Wong Kar-Wai (btw there's a sequel to ITMFL called 2046 - forsi I'll send it to you for the birth ahahaha) or a Benigni.

Antoine Cassar said...

There's a sequel to In the Mood for Love? Grazzi Sharon!!

Immanuel: il-vjaġġ it-tajjeb (u jekk titnebbaħ u tisraq xi ftit weraq minn fejn sejjer, il-kitba t-tajba wkoll).

sharonspiteri said...

Yes Antoine... I have had it for quite a few weeks but a Wong Kar Wai film is such a mystical experience that it requires the right setting and the right mood to watch! Ahahahahah kemm ghandi nejk... Anyway I have plans to watch it in Brussels next weekend... kollox preparat, is-sufan, il-popcorn, id-duvet, il-angolu tat-tv, id-dawl baxx, xi xemgha tixghel :)