Aħna għadna qegħdin nistennew, Kol. Issa nimmaġina li bdejt toqrob sew. Imma qed nibża' li se tasal tard u lil Ġużeppi ta' Pawla ma tilħqux. Imma m'hemmx x'tagħmel. L-aħħar telefonata li rċevejt ma tantx kienet tajba. Forsi ...
Isma', lestejnielek il-kamra fejn se toqgħod. Xummiema. Naħseb li għandek spazju biżżejjed għalik u naħseb li togħġbok.
Imma moħħi mhux hawn. Kien messni ktibtlek qabel, veru. Ikkumpatini. Jiġri x'jiġri aħna nkunu qegħdin nistennewk u la narawk inxejrulek ħalli tinduna bina mill-ewwel.
17.5.06
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
3 comments:
Kemm fadal?
Xi gmiel! Awguri, Lel.
Awguri.ghal meta?
Post a Comment