Forsi għax xellugi, forsi għax omosesswali,
forsi għax kont dak kollu li mhux suppost li kont fi Spanja Frankista.
Jekk immut
ħalluli l-gallarija miftuħa.
It-tfajjel qiegħed jiekol il-larinġ.
(Qed narah mill-gallarija.)
Il-ħassad qed jaħsad il-qamħ.
(Nisimgħu mill-gallarija.)
Jekk immut,
ħalluli l-gallarija miftuħa.
Si muero,
dejad el balcon abierto.
El nino come naranjas.
(Desde mi balcon lo veo.)
El segador siega el trigo.
(Desde mi balcon lo siento.)
!Si muero,
dejad el balcon abierto!
****
Omaġġ lil Lorca
Ħallulu l-gallarija miftuħa
lil sieħbi Federico.
Ħallulu l-gallarija miftuħa
ħa jara t-tifel jiekol il-larinġa
il-ħassad jaħsad il-qamħ.
Ħallulu l-gallarija miftuħa
lil sieħbi Federico.
Il-mewt qed tistennieh fit-triq
għal Cordoba.
U moħħu sensiela ġarar
ta' kittari u kamelji
ta' ramel u demm
ta' siġar taż-żebbuġ
ta' ninas u cante jondo
ta' żingari, funtani w nixxigħat.
Ħallulu l-gallarija miftuħa
lil sieħbi Federico.
Għalih kull għanja hija s-sikta
ta' l-imħabba,
kull kewkba s-sikta taż-żmien,
kull tnehida s-sikta tat-twerżiqa.
Ħallulu l-gallarija miftuħa
lil sieħbi Federico.
Aj, l-amar kiebi tal-Kmandant
Valdez Guzman.
Aj, is-siegħa taż-żerniq.
Aj, dak il-kum ħdejn Fuente Grande
f'Awissu '36.
Fiċ-ċimiterji fil-knejjes
fil-ktietel fl-armarji
fittxewh u ma sabuhx -
qatt ma sabuh
(No. No me encontraron).
U hu dejjem magħna,
żiemel abjad fl-għoljiet t'Andalusija
qamar iswed fuq l-ilmijiet tal-
Guadalquivir.
Ħallulu l-gallarija miftuħa
lil sieħbi Federico,
ħalli jimraħ pinnur ħieles
raddiena duende tarmi n-nirien.
Ħallulu l-gallarija miftuħa
lil sieħbi Federico.
Victor Fenech
****
Lill-poeta u drammaturgu li tant ħabbejt u ħdimt fuqu f'żgħożiti, illum is-sebgħin anniversarju mill-qtil tiegħu.
1 comment:
Istja x'memorji geddittli! :)
Post a Comment