3.8.06

Meta t-tfal ma jkunux jistgħu jorqdu ...

... minħabba l-ġuħ, l-għatx, is-sħana
... minħabba l-uġigħ
... minħabba li jinsabu fuq dgħajsa se tegħreq l-aħħar ma' xi ħamsin ruħ jitolbu li ma ddumx ma tfiġġ l-art
... minħabba l-murtali tal-qaddis patrun tar-raħal, dak li jidħol għalina fil-mument tal-bżonn spiritwali
... minħabba l-bombi li qed jitfa' bl-addoċċ is-Sur Eħud Olmert
... minħabba r-rockets tal-Hiżballaħ

Liema tħannina se tkantalhom lil dawn it-tfal biex forsi jmorru jorqdu? Liema kliem se tagħżel biex tispjegalhom?

5 comments:

PeachBellini said...

Heh donnu Kolja mhux jorqod dan l-ahhar. M'ghandix suggerimenti, hlief niftakar 'l ommi tghidli meta kont tarbija kienu waslu fil-punt fejn qatghu qalbhom jorqdu. Erm... ma tantx qed naghmillek kuragg, sorry!

Hsejjes said...

So the sleepless nights HAVE begun!! Trid tara x'ser taghmel, u tibda tkanta.Aktar ma tkanta aktar ahjar. Ibda b'Twinkle Twinkle Little Star, imbaghad wara ftit aqleb ghal Pink Floyd jew Led Zeppelin. U m'hemmx ghalfejn tkun intunat, thabbilx rasek. lmao!

Immanuel Mifsud said...

Le xejn minn dan, miskin. Kolja jorqod meta ghandu jorqod u jqum meta ghandu jqum. Fi kliem genituri ohra: l-ghira ta' dawk b'ghajnejhom homor u miksurin...

Anonymous said...

ma jistax bniedem ma jahsibx li f'dak il hin li ktibt l-ahhar kumment tieghek ma ghamiltx dan b'idejn wahda ghax bl-ohra kont qed timbotta u tigbed lejk il puxcer bil kugin tieghi nikol jipprova jbaxxi ghinejh ghal raqda ohra fis satejn ta filghodu... izada xejn ma jitturbani il fatt li ma jafx u ma jhosx il riperkusjonijiet ta dawk kollha imdejqin f'pajjizhom u gejjin l'hawn bil mod fuq xi cattra, kif wkoll dawk li illum jew ghada jispiccaw bla dar jew qed ihalsu elfu ta dollari biex jinqalw min taht il bombi ta l'israeliani u jitilqu b'kemm jimxu il barra minn BEIRUT.... dawk l'affarijiet isir jafhom biz-zmien u ghal daqstant inhalluh jghix hajja tranquilla - anka jekk kemmxejn irreali - bl'idea li kollox ward u zar hawn isfel - f'din l-art mishuta mill gwerer u l-bombi!!!

sahhiet

mel..

Immanuel Mifsud said...

Aw mel!