L-Unjoni Sovjetika, ix-xempju ta' l-għaqda internazzjonali tal-ħaddiema, kienet tiddiletta ħafna bl-invażjonijiet bit-tankijiet ta' pajjiżi satelliti tagħha. F'Awwissu 1968 kien imiss liċ-Ċekoslovakkja u l-Polonja, ir-Rumanija u l-Albanija żgiċċawha bi żbrixx.
U dan kollu f'isem l-elit proletarjat.
2006, Ottubru. Budapest. L-Ungerija mhijiex il-pajjiż li wieħed kien jimmaġina li kellu jkun, speċjalment wara l-waqgħa tal-Komuniżmu. Minbarra l-ostilita' mal-pajjż ġar tas-Slovakkja, l-Ungerija għandha inkwiet politiku intern, fejn bażikament għandha spektrum politiku li qiegħed jaqsam in-nazzjon fi tnejn.
Petocz Endre u Anna Szabo'
Ma nafx għadux ħaj Endre. Fl-1992 kont żort Budapest, l-ewwel avventura f'pajjiż "tal-Lvant". Kont noqgħod għand il-koppja Petocz, Endre u martu li qatt ma sirt naf x'jisimha. Qtajtu li kellu xi ħamsa u sittin / sebgħin dak iż-żmien. Qatt ma rġajt rajtu jew smajt bih u ma nafx għadux ħaj. Għadni niftakar ir-riħa taqsam ta' tadam jingħasar u jintrefa' fil-vażetti fil-kċina.
Imbagħad hemm Anna Szabo, mara mill-isbaħ, poetessa unika li ltqajt magħha Bratislava u Medana. L-aħħar li smajt biha qaltli li kienet qed taqleb l-innu nazzjonali ta' Malta għall-Ungeriż. Xi sentejn ilu. Nispera li lestietu.Ir-risq, Endre, jekk għadek ħaj. Ir-risq lilek ukoll Anna. J'alla dal-ħin qegħdin tiċċelebraw l-anniversarju.
No comments:
Post a Comment