Konna tfal xi darba, bi ġlekk maroon u qalziet iswed. Konna ngħixu l-mument u, iva, nista' ngħid li konna nistennew il-Ġimgħa filgħaxija mit-Tnejn filgħodu. Kien hemm min minna kien imqareb, min kien inqas imqareb, min ma kien imqareb assolutament xejn. Ma nafx l-għala kont nagħmel parti mill-ewwel grupp. Kien iż-żmien ta' l-ewwel sigarett, l-ewwel bewsa 'bħal tal-films', l-ewwel ħarba mid-dar lejn imkejjen ipprojbiti, l-ewwel sett ta' gideb irfinut, l-ewwel vjaġġi adoloxxenti. Imbagħad indunajna, jum fost l-oħrajn fix-xahar ta' Mejju, li kien għadda ż-żmien u kellna ninfirdu. Imma xorta ma tajniex wisq kas, għax konna xorta għadna tfal u quddiemna kienu għadhom ġejjin jiem sbieħ.
Imbagħad intlifna. Ximindaqqiet xi laqgħa b'kumbinazzjoni: Triq ir-Repubblika, fuq tal-linja forsi, Paceville (min minna kien ta' dik il-qatgħa) ... dejjem, jew kważi, b'kumbinazzjoni. U bdejna niġbru l-biċċiet informazzjoni li kienu jaslu minn hemm u minn hawn: it-tali dentist, it-tali mar jistudja barra u l-ieħor - tiftakru? - ibaħħar fl-aktar ibħra fondi. Jew inkella: it-tali ġieli narah fuq it-televixin jew naqra dwaru fuq il-gazzetta, u l-ieħor - dak li dejjem kien ikun miegħu - siefer ukoll dak.
Tlieta u għoxrin sena wara rġajna għamilna appuntament: min ġie bil-mixi, min bil-karozza u min kellu jirkeb ajruplan. Ħarisna lejn xulxin: ix-xagħar abjad, l-irjus għerja, l-uċuħ imkemmxa u l-ftit oħrajn li ma kibrux. U ħadna b'id xulxin u forsi tgħannaqna wkoll u taptapna fuq id-dahar u tbissimna ħafna u kemmixna għajnejna sakemm għarafna 'l dak u 'l ieħor u ppressajna l-memorja biex niftakru l-isem u l-kunjom. U staqsejna l-mistoqsija l-aktar ovvja wara ħafna u ħafna snin. U stagħġibna illi qrobna jew anki qbiżna l-koranta. U tkellimna fuq it-tfal: dawk tal-bieraħ, dawk tal-lum. U ħarisna f'daqqa waħda lejn l-arloġġ u indunajna - għal darb'oħra - illi reġa' sar il-ħin. Fl-era diġitali ma naqsux ir-ritratti li tarahom dak il-ħin stess. Imbagħad, ħeqq imbagħad l-istess ritwal tas-soltu: ħadna b'id xulxin u tgħannaqna wkollu taptapna fuq id-dahar u tbissimna u għemiżna u għidna lil xulxin li tlieta u għoxrin sena huma wisq (inkunu wasalna biex noħorġu bil-pensjoni!) u allura m'hemmx għalfejn nistennew daqshekk fit-tul. Sentejn oħra, l-anniversarju tal-fidda, u forsi anki sena oħra, għaliex le?, darba f'sena minn ta' l-inqas.
U sbaħna l-għada, u bqajna, forsi, niftakru ftit. Imma s'għada jkun għadda kollox u pitgħada ssir id-difna tal-memorja.
Ħa nħallikom
Ħa nħallikom. Fl-aħħar wasalli u mejjet biex nerġa' narah wara li l-ewwel kopja għosfrot għand xiħadd.
Is-Sibt filgħaxija u f'moħħi għadhom iduru l-uċuħ mezz'eta' tal-bieraħ. Minħabba fihom ma rnexxilix niltaqa' ma' Pierre għalkemm rajtu ftit il-Ħamis. Pierre reġa' ġabha żewġ, għalkemm ftit seta' kien hemm li ma stennewhiex. Awguri, Pierre, imma issa tassew se jkolli nitlaq.
Is-sliem.
2 comments:
messni hallejtlek kumment aktar kieni jien hux? ovvja li xtaqt kont hemm. forsi darb' ohra.
Kull min qed jaqra din ix-xhieda llum għandu jiċċelebra miegħi u l-familja tiegħi għax kollha bdew bħala ċajta għal xi nies u oħrajn qalu li kien impossibbli. Jisimni Ruben lucas u jien minn malta, imma niċċaqlaq f 'Chicago US ma' marti. Jiena miżżewweġ ferħan ma 'żewġt itfal u mara sabiħa. Ġara xi ħaġa ħażina mal-familja tiegħi, tilef ix-xogħol tiegħi u martu telqu mid-dar tiegħi minħabba li ma nistax nieħu ħsieb tajjeb ta 'lili nnifsi u l-bżonnijiet tal-familja. minnha u t-tfal tiegħi f'dak il-mument partikolari. Jien irnexxieli għal disa 'snin, l-ebda mara ma tappoġġini biex nieħu ħsieb it-tfal. nipprova nibgħat messaġġ tat-test lil marti imma hija timblokka lili milli titkellem miegħu nipprova nitkellem ma 'ħabibha u mal-membri tal-familja tagħha imma xorta naf wieħed jista' jgħinni u jien kont qed nissottometti applikazzjoni aktar tard lil ħafna kumpaniji imma xorta huma għamlu M'għandekx ċempilli, sakemm ġiet ġurnata leali li qatt ma ninsa f'ħajti. Meta ltqajt ma 'ħabib antik ta' mini spjegajt id-diffikultajiet kollha tiegħi u hu qalli dwar raġel kbir li jgħin lilu jsib xogħol tajjeb fil- kumpanija tal-koka kola u qalli li l-ortografija tiegħu imma jien persuna li qatt ma temmen fil-kastell ta 'l-ortografiċi imma iddeċidejt li jipprova hu u ismu huwa Drosagiede huwa ta struzzjonijiet u wera lili x'għandek tagħmel f'dawn it-tlett ijiem minn Ikla l-ikla l-ikla ta 'nofsinhar. Insegwi l-istruzzjonijiet kollha u nagħmel dak li talabni biex nagħmel tajjeb. hu jaċċerta ruħu li kollox mar tajjeb u marti jerġgħu narawni wara xogħol sabiħ ta 'Drosagiede. Marti ċempelni b'numru mhux magħruf u skużatha u qaltli li hi tassew taqbeżni u t-tfal tagħna u martu jirritornaw lejn l-Intern. U wara jumejn Kumpanija li jien kont qed tissottometti l-ittra ta ’apprezzament tiegħi msejħa, issa jien il-maniġer ta’ Paragon kumpanija hawn fl-Istati Uniti. Nagħtik parir jekk għandek xi problemi jew inkella n-negozju tiegħek falla ibgħat messaġġ lil din l-email: doctorosagide75@gmail.com u int se tingħata l-aħjar riżultat. Ħu l-affarijiet għall mogħtija u se tittieħed mingħandek. Nixtieqlek l-aqwa.
Post a Comment