daqs sagħtejn oħra tgħaddi taxi għalija ħalli nitlaq lejn l-ajruport. Ma nafx il-għala il-biża' kbir mill-ajru m'hemmx li jitlaqni, minkejja li issa suppost li ili li drajt. Biża' li nitlef il-passaport, biża' li nitlef l-ajruplan, biża' mill-ajruplan ... kull tip ta' biża' li wieħed jista' jimmaġina u li nibża' ħafna nsemmih. Xiħadd darba qalli li l-anjostiċi kollha jibżgħu mill-ajru. Ma nafx hux veru u x'inhi r-rabta bejn l-anjostiċiżmu u l-ajru. Biss, nista' ngħid li tant qed nibża' li ddeċidejt li la norqod (li ma mmurx nibqa' rieqed) u noqgħod nikteb dil-bloggata biex forsi nderri xi ftit. Attwalment, il-biża' jibda mal-mument li nibda nagħmel il-valiġġi u jispiċċa biss malli nħoss l-arja friska tal-ftuħ ta' l-ajurport tilqagħni lura lejn il-Blata.
Sofija
Sofija belt stramba. Kerha, maħmuġa, salvaġġa. Imma xorta tilħaq torbot qalbek magħha. Bħal pajjiżi ex-komunisti oħrajn, l-orizzont kapitalista ġab miegħu ħafna inugwlajanza soċjali. Ma nafx kemm -il tallab u tallaba waqqfuni fit-toroq biex nagħtihom il-perkaċċi, u sadattant il-belt mimlija casinos miftuħa 24 siegħa kuljum. U l-istrip clubs huma fost l-aktar irkejjen irriklamati. U hemm toroq, pereżempju Ul.Vitoxa, li meta tgħaddi minnha taħsbek qiegħed Milan. Ironikament, ul.Vitoxa twasslek lejn dak li kien il-Palazz tal-Kultura, l-aħħar monument komunista li nibet f'din il-belt. Illum dan il-palazz sar palazz tal-billboards jixegħlu, b'labirint sotterran ta' ħwienet tal-ħwejjeġ tad-ditta. Ftit 'l hinn minn dan il-palazz hemm il-monument MASSIV iddedikat lill-Unjoni Sovjetika, u bħalha waqa' biċċiet, jew qed jaqa' biċċiet. Iżuruh biss iż-żgħażagħ Rap bir-roti u l-iscateboards u, u din sinifikanti ħafna, xi erba' pensjonanti biex iqegħdulu l-fjuri fil-jiem speċjali li b'xi mod ifakkru l-era l-ħamra. Għala l-pensjonanti? Għax huma spiċċaw milquta l-agħar bil-bidla li seħħet f'dal-pajjiż.
Hekk jew hekk, iż-żgħażagħ qajla jimpurtahom nanniethom minn xiex għaddew. Ġimgħa ilu kont qed inkellem tfajla ta' xi wieħed u għoxrin sena u l-unika ħaġa li qaltli dwar dan kien li fil-passat min kien jersaq lejn il-knisja kien jisparixxi għal xi xhur jew snin u mbagħad jirritorna jum fost l-oħrajn bla mistenni. Tixtieq issir avukat din is-sinjorina, imma meta staqsejtha l-għala ma kinitx taf tweġibni. Fakkritni ħafna fl-istudenti Maltin.
Home Sweet Home
... biex nara lil das-sinjur li f'temp ta' ftit jiem rama nuċċali tax-xemx "a la John Lennon", qed iqum bilwieqfa waħdu, qed idum aktar ma jorqod, saħħaħ l-ewwel passi biex jimxi, u qed jieħu gost jittanta lix-xemx għaddejja fil-ġnien ta' San Anton.
Fil-bagalja, mirduma xi mkien qalb il-ħwejjeġ u l-kotba li se nniżżel miegħi, hemm ferrovija ta' l-injam tistenna l-passiġġier iċ-ċkejken biex jitla' u tibda ġġorru, tibda tressqu ħalli anki hu jibda jġannat il-fruntieri u jifforma l-mappa kbira tiegħu.
Jekk joħroġ jixbah 'l ommu u 'l missieru għad taħkmu l-kilba għall-vjaġġ, għall-ġiri diżorganizzat fit-tfittxija tal-ma-nafx-xiex. Għad taħkmu l-ħeffa insapportabbli ta' l-essri. Hekk nimmaġina li jfissru dawk l-iskossi qliel biex jagħti l-ewwel passi; hekk nistħajjilhom dawk il-mumenti twal u spissi meta ġismu daqs naqra ma jkunx jaf bi kwiet. Il-ħeġġa għall-vjaġġ, għall-ispustament, u, ovvjament, għall-iskoperta. Id-dinja kbira wisq: għadha kbira wisq minkejja l-klixe' tal-villaġġ globali.
Jgħaddi l-ħin
... u ma jistenna 'l ħadd.

No comments:
Post a Comment